Raġel arrestat wara li jinstabu numru ta' pakketti mimlijin kannabis

Sejba ta' droga fix-Xgħajra ... raġel ta' 22 sena arrestat filwaqt li tfajla qed tinżamm mill-pulizija

Ritratt : Arkivji
Ritratt : Arkivji

Wara diversi jiem ta' osservazzjoni, l-Iskwadra ta' kontra d-Droga rnexxielha tkisser ċirku iehor ta' traffikar ta' droga hekk kif ilbieraħ ġie imwaqqaf ġuvni ta’ 22 sena, residenti Ħal Tarxien.

Wara tfittxija ġewwa l-vettura li huwa kien qiegħed isuq u ġo garaxx fil-lokalita’ tax-Xgħajra, li huwa taħt il-kontroll tal-istess ġuvni, instabu diversi pakketti tal-plastik li kien fihom madwar 9 Kg ta’ ħaxixa tal-kannabis lesta ghall-bejgħ..

Tfajla ta’ 23 sena minn Bormla, qed tinżamm mill-Pulizija sabiex tgħin fl-investigazzjonijiet. Il-Maġistrat tal-Għassa D Clarke ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Għada, il-ġuvni mistenni jitressaq l-Qorti b'arrest quddiem il-Maġistrat A Demicoli akkużat fost oħrajn bil-pussess mhux għal-użu personali tal-pjanta Cannabis, kollha jew parti minnha. Mhux eskluż li t-tfajla titressaq ukoll b'akkużi simili. 

More in Politika