Il-Kap Eżekuttiv taċ-ċentru miftuħ jirringrazzja lill-immigranti li pproteġew lill-ħaddiema

Mauro Farrugia saħaq li minkejja l-kummenti razzisti, l-istampa mhijiex kollha kemm hi sewda

Il-Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far faħħar lil dawk l-immigranti li pproteġew lill-ħaddiema taċ-ċentru waqt l-irvell li qam fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn.

Mauro Farrugia, mill-Aġenzija għall-protezzjoni ta’ dawk li qed jitolbu l-ażil kiteb fuq Facebook mhux jirringrazzja lill-immigranti kollha li għenu, pproteġew u qabżu għall-istaff taċ-ċentru.

Huwa saħaq li qiegħed jagħmel dan minkejja l-kummenti razzisti li jisma’ għax fi kliemu “l-istampa mhux sewda biss.”

“Nisma’ wkoll ħafna kummenti kattivi, razzisti, b’ċertu ħdura u raġunament ħażin. Bħalha wieħed li dħalt u kont hemm f’kważi f’kull stadju tal-affarijiet, mhux biss ngħid dak li hu ovvju billi nikkundanna l-att barbaru, imma, irrid nirrangrazzja lil dawk l-immigranti li pproteġewni, dawk li qabżu għalina u tawna l-għajnuna, dawk l-immigranti li pproteġew lill-aktar vulnerabbli u dawk li ma qablux mal-vjolenza u li pprovaw jagħmlu li setgħu,” kiteb Farrugia.

Huwa saħaq li l-Aġenzija mhux se taqta’ qalbja u se tkompli bil-ħidma tagħha.

Aqra wkoll:

More in Politika