'Il-Gvern għandu €40,000 għal meta jiftaħ triq iżda għal inċident bħal ta' Ħal Far ma jgħid xejn'

Delia jibda d-diskors tiegħu dwar il-Baġit billi kkritika l-Gvern 'għas-skiet' tiegħu dwar l-inċident tal-lejl li għadda

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika lill-Gvern għall-istqarrija li ħareġ dwar l-inkwiet li nqala' matul il-lejl li għadda fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far.

Delia insista li l-Gvern għandu biex jonfoq 40,000 elf ewro meta jiftaħ triq ġdida, iżda meta jkun hemm avveniment ta' importanza nazzjonali, il-Gvern ma jgħid xejn dwaru

Saħaq li mhux biżżejjed li l-Gvern jgħid li minn 1,200 immigrant, 300 biss ħadu sehem fir-rewwixta. Insista li r-risposta tal-Gvern kellha tiffoka fuq x'se jsir biex avveniment bħal dan ma jerġax iseħħ.

Delia rringrazzja lill-Pulizija u lill-Forzi tal-Ordni kollha għas-servizz tagħhom.

More in Politika