Patri Dijonisju Mintoff imur Ħal Far biex joffri kenn lit-tfal tal-immigranti

Minkejja dan il-Pulizija infurmawh li ħadd ma jista' jidħol jew joħroġ miċ-ċentru

Ritratt meħud minn James Bianchi
Ritratt meħud minn James Bianchi

Patri Dijonisju Mintoff mar quddiem iċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far biex jieħu t-tfal ta' immigranti għall-kenn wara r-rewwixta tal-lejl li għadda.

Patri Mintoff għandu dar ftit aktar 'l isfel u offra li jżomm lil dawn it-tfal għall-kenn sakemm ikun meħtieġ.

Madanakollu huwa ma tħallix jidħlol fiċ-ċentru, bil-Pulizija jisħqu miegħu li ħadd ma jista' jidħol u lanqas joħroġ.

Patri Dijonisju Mintoff huwa l-Fundatur tal-Laboratorju tal-Paċi Ġwanni XXIII.

Aqra aktar:

 

More in Politika