Filmat | Ammont kbir ta' Pulizija jinġabru f'Ħal Far u jarrestaw għadd ta' immigranti

Sa issa, żewġ vannijiet b'madwar 40 immigrant dehru ħierġa miċ-ċentru

Ritratti | James Bianchi
Ritratti | James Bianchi

Ammont kbir ta' Pulizija armati daħlu fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far fejn seħħet ir-rewwixta matul il-lejl li għadda u arrestaw għadd ta' immigranti.

Għadu mhux magħruf kemm ġew arrestati immigranti għalkemm ftit tal-ħin ilu wasal it-tielet vann.

Fil-fatt, it-tliet vannijiet li waslu fiċ-ċentru telqu mimlijin b'madwar 40 immigrant kull wieħed.

Dawn ittieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex ikunu mistoqsija.

Grupp ieħor kbir ta' Pulizija qiegħed jistenna barra ċ-Ċentru.

F'ħin minnhom, minn barra, mara setgħet tinstema' tgħajjat u wara nstema' wkoll xi taħbit iżda kollox reġa' kkalma ftit wara.

More in Politika