Brexit | 'Bżonn ta' pjan ċar 'il quddiem kemm jekk il-Parlament Ingliż japprova jew le l-ftehim'

Muscat saħaq li l-Gvern Malti laqa' u se jagħti l-appoġġ tiegħu lil dan il-ftehim il-ġdid

Il-Gvern Malti laqa’ u se jkun qed jappoġġja l-ftehim li ntlaħaq bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea dwar Brexit.

Fuq Twitter, il-Prim Ministru Joseph Muscat kiteb jisħaq li laqa’ u se jagħti l-appoġġ tiegħu għal dan il-ftehim.

Huwa insista li ż-żewġ naħat urew rieda tajba u flessibbilità.

Fi kliem Muscat, issa jeħtieġ pjan ċar ‘il quddiem, kemm jekk il-Parlament Ingliż japprova jew le l-ftehim il-ġdid.

More in Politika