Filmat | Għadd ta' persuni jinġabru fil-Bidnija biex isellmu lil Daphne

Din il-manifestazzjoni siekta seħħet fil-ħin eżatt li fih splodiet il-bomba li qatlet lil Caruana Galizia

Għadd ta' persuni nġabru fil-Bidnija għal manifestazzjoni silenzjuża fil-ħin eżatt li fih, bħal-lum sentejn, splodiet il-bomba fil-karozza li ħasdet il-ħajja ta' Daphne Caruana Galizia.

Ħafna minn dawk preżenti kienu qed iżommu xemgħat, ritratti ta' Daphne, fjuri u anke messaġġi u poġġewhom fil-post eżatt fejn spiċċat il-vettura malli splodiet il-bomba.

Fost il-persuni li attendew, kien hemm diversi Deputat tal-Partit Nazzjonalista, inkluż l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, Karol Aquilina u anke l-Ewroparlamentari Roberta Metsola.

Dan jikkuntrasta sew ma' dak li seħħ dalgħodu, meta oħt Daphne Caruana Galizia keċċiet lil Delia minn fuq il-mafkar, quddiem il-Qorti, waqt li akkużat lil dawk li kienu miegħu u għajrithom "qabda ħallelin."

Intant, illejla, se ssir manifestazzjoni fil-Belt Valletta. 

Din tibda fis-6:00pm b'quddiesa fil-knisja tal-Franġiskani u tkompli fis-7:15pm b'manifestazzjoni tul Triq ir-Repubblika.

More in Politika