L-eks Ministru Brincat jitlob permess biex jesprimi ruħu fil-każ li fetħet Repubblika fil-ħatriet tal-ġudikatura

L-eks Ministru Brincat jitlob biex jesprimi ruħu fil-każ li fetħet Repubblika

L-ex Ministru Joseph Brincat ippreżenta applikazzjoni fil-Qorti fejn talab permess biex jesprimi ruħu fil-każ li l-għaqda Repubblika fetħet biex jieqfu l-ħatriet tal-Maġistrati u l-Imħallfin.

Brincat talab jintervjeni fil-proċeduri bl-għan li "jikkontribwixxi fid-dibattitu.”

F’April li għadda, il-Ministeru għall-Ġustizzja kien ħabbar sitt ħatriet ġodda fil-ġudikatura, tliet imħallfin u tliet maġistrati li kollha ġew approvati mill-Kumitat tal-Għażla tal-Ġudikanti. Xahar wara l-Qorti kienet m'aċċettatx it-talba tal-għaqda Repubblika biex jkunux maħturin iktar Maġistrati u Imħallfin iżda l-għaqda kienet sussegwentement appellat is-sentenza.

Huwa qal li t-talba tiegħu hi fondata u żied jgħid li mhux sew li jkun hemm attakki fuq is-sistema ġudizzjarja Maltija.

"Kull wieħed mill-imħallfin fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja huma innominati mill-gvern ta’ pajjiżu," sostna Brincat, "l-għażla tal-kandidat għandha xorta fl-aħħar mill-aħħar ssir mill-Gvern," argumenta l-avukat.

Apparti minn dan huwa qal li diversi membri tal-UE jużaw l-istess sistema ta’ ħatriet ġudizzjarji bħal tagħna waqt li semma' l-Irlanda, l-Ingilterra, l-Awstrija, Ċipru u d-Danimarka.

More in Politika