Il-Qorti Kostituzzjonali tilqa' t-talba tal-Ministri biex ma jixhdux

Fis-sentenza tagħha l-Qorti rrevokat id-digriet maħruġ f’Awwissu li għadda, meta kienet ordnat lill-ministri biex jixhdu u minflok ordnat li huma jippreżentaw biss dik il-parti tar-risposta tagħhom li ntużat f’Ġunju li għadda.

Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat t-talba tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u l-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi biex ma jixhdux fil-Qorti dwar kif biċċa mir-rapport Egrant spiċċat kkwotata fis-sottomissjonijiet tal-Qorti f’każ separat.

F’sentenza qasira mogħtija mis-sigrieta, il-Qorti Kostituzzjonali ppreseduta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi, l-Imħallef Giannino Caruana Demajo u l-Imħallef Noel Cuschieri aċċetaw t-talba tal-Ministru bl-għan li tkun issalvagwardjata l-kunfidenzjalità tal-inkjesta Egrant.

L-Imħallfin argumentaw li l-Qorti ma tistax tisforza lill-Ministru jwieġbu mistoqsijiet meta r-risposti jistgħu tagħhom jafu jinkrimnawhom. Żiedu jgħidu li xogħol il-Qorti f’dan il-każ kien li tistabbilixxi jekk il-Ministri kkwotawx mill-inkjesta Egrant. Madanakollu huma qalu li ma ppreżentaw ir-risposti sħaħ tagħhom iżda l-partijiet imsemmija u li dak l-estratt, waħdu u barra mill-kuntest tar-risposti fil-każ separat tal-VGH ma jistax jintuża biex jippreġudika l-każ.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti rrevokat id-digriet maħruġ f’Awwissu li għadda, meta kienet ordnat lill-ministri biex jixhdu u minflok ordnat li huma jippreżentaw biss dik il-parti tar-risposta tagħhom li ntużat f’Ġunju li għadda.

More in Politika