Il-PM jiddiskuti l-qtil ta' Daphne ma' grupp ta' ġurnalisti internazzjonali

Il-PM kien akkumpanjat lill-Ministru għall-Ġustizzja, mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u mill-Avukat Ġenerali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa ma' rappreżentanti ta' Reporters Without Borders wara talba li dawn għamlu biex jiddiskutu l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, il-Gvern saħaq li waqt il-laqgħa ġiet diskussa wkoll is-sitwazzjoni tal-midja f'Malta.

"Il-laqgħa tat opportunità għal diskussjoni u skambju ta' opinjonijiet bejn iż-żewġ delegazzjonijiet," saħaq il-Gvern.

Il-PM kien akkumpanjat lill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici, mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmeli Abela u mill-Avukat Ġenerali Peter Grech.

Din mhux l-ewwel darba li Reporters Without Borders ġew Malta biex jiddiskutu u jinvestigaw il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u anke s-sitwazzjoni tal-midja f'Malta.

More in Politika