Baġit | Sejħiet għal aktar trasport bil-baħar fosthom lejn Marsaxlokk, San Pawl u l-Mellieħa

Estiżi wkoll diversi skemi marbuta max-xiri ta' vetturi li ma jniġġsux u l-iskemi ta' skrappjar

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li bil-għan li tiżdied il-konnettività bil-baħar, is-sena d-dieħla se jkunu qed isiru sejħiet ġodda biex jiżdied it-trasport bil-baħar u li fost oħrajn se jinkludu żoni bħal Kottonera, Marsaxlokk, Wied il-Għajn, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan u l-Mellieħa, fost oħrajn.

Fil-fatt, Infrastructure Malta se tkun qed timmodernizza sitt siti oħra fejn ikunu jistgħu jiġu rmunkati l-laneċ, fosthom anke faċilitajiet biex dawk li jkunu qed jistennew il-lanċa, ikollhom fejn jistennew.

Fejn tidħol l-infrastruttura, il-Gvern wiegħed li se jkun qed joħloq spazji aktar siguri biex aktar persuni jużaw mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi.

Matul is-sena d-dieħla, se jkunu qed jiġu introdotti l-ewwel pontijiet pedonali mibnija b'rampi biex jintużaw miċ-ċiklisti wkoll.

More in Politika