Baġit | Restawr fuq il-Forti Ricasoli, Cottonera Lines u Victoria Lines

Restawr fuq l-akbar fortifikazzjoni ta' Malta u aktar 

Waqt id-diskors tal-Baġit il-Ministru Edward Scicluna ħabbar numru ta' investimenti fuq wirt kulturali fosthom fuq l-akbar fortizza fl-Ewropa, il-Forti Ricasoli.

Il-Forti Ricasoli huwa forti massiċċ fil-Kalkara. Il-kostruzzjoni tal-forti bdiet taħt id-direzzjoni tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann fl-1670 u spiċċat fl-1698.

Restawr simili se jsir fuq il-Cottonera Lines u l-Victoria Lines.

Il-Ministru Scicluna Ħabbar ukoll li se jibda xogħol ta’ skavar arkeoloġiku sabiex jiġu salvati l-fdalijiet tat-tempju neolitiku ta’ Xrobb l-Għaġin  u t-twaqqif ta’ Unit tal-Wirt Kultura ta’ taħt il-Baħar.

 

More in Politika