Baġit | Ċekkjatur għall-Malti u €850 għall-istudenti li jistudjaw lingwa barranija f'pajjiż ieħor

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jħabbar ftit mill-miżuri edukattivi

Fid-diskors tiegħu tal-Baġit il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li se jiġi mfassal ċekkjatur għall-lingwa Maltija filwaqt li l-Gvern se jagħti sa massimu ta’ €850 lil kull żagħżugħ u żagħżugħa li jitgħallmu lingwa barranija f’pajjiż ieħor.

Ħabbar ukoll li se tiġi estiża t-teknoloġija blockchain f’istutizzjonijiet edukattivi filwaqt li se jkompli l-investiment fl-iskejjel partikolarment  fi skola ġdida fil-Qawra, Santa Luċija,  iż-Żejtun, l-Imsida u r-Rabat Għawdex.

Scicluna qal li ll-Gvern se jgħaddi għat-tieni fażi tal-proġett 'One Tablet per Child', hekk kif ser jitwettaq proġett pilota fi skejjel medji filwaqt li se jsir investiment ta’ 7 miljun fl-infrastruttura tal-Universita ta’ Malta u l-MCAST fosthom f’laboratorji u faċilitajiet ġodda

More in Politika