Baġit | Il-Gvern se jħallaslek l-10% jekk għandek anqas minn 40 sena u qed tipprova tixtri post

Ta’ min jinnota li l-pagament massimu li l-Gvern se jkun qed joħroġ u ta’ €17,500.

Waqt id-diskors tal-Baġit il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar skema ġdida għal dawk li għandhom taħt l-40 sena, li għalkemm ikunu eliġibbli għal home loan mill-bank ma jkollhomx il-likwidità li jħallsu f’daqqa l-għaxra fil-mija depożitu. Il-Gvern se jkun qiegħed isellef dan l-ammont bl-applikant iħallas lura bin-nifs fuq medda ta’ 15-ilsena. L-imgħax fuq dan is-self jitħallas mill-Gvern.

Ta’ min jinnota li l-pagament massimu li l-Gvern se jkun qed joħroġ u ta’ €17,500.

Se jiġu estiżi wkoll l-iskemi eżistenti li daħħlu f’dawn l-aħħar snin fosthom tnaqqis ta’ taxxa għall-first time buyers u għas-second time buyers, xiri ta’ propjetà vakanti fl-Urban Conservation Areas, xiri ta’ proprjetà f’Għawdex u skemi ta’ rifużjoni fuq xogħol ta’ restawr.

Kull kuntratt fuq xiri tal-proprjetà taħt l-iskema tal-first time buyers, se jkunu eżenti mit-taxxa fuq l-ewwel €175,000. First time buyers se jibdew jiffrankaw €6,500.

More in Politika