Baġit | Koppja b'żewġt itfal b'dħul annwali ta' €32,000 se tkun eliġibbli għas-sussidju tal-kera

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għadu kif ħabbar li s-sussidju fuq l-akkomodazzjoni affordabli u soċjali se jiġu estiżi.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għadu kif ħabbar li s-sussidju fuq l-akkomodazzjoni affordabli u soċjali se jiġu estiżi.

Scicluna spjega li fejn qabel persuna waħedha bi dħul annwali li jlaħħaq l-€14,500 setgħet tkun eliġibbli issa dan se jitla' għal €19,000

F’każ ta’ koppja b’żewġt itfal, dan se jitla minn €28,600 għal €32,000.

Sabiex individwu jew familja tkun eliġibbli għas-sussidju il-kera trid taqbeż 25% tad-dħul gross tagħhom.

Units ġodda ta’ Housing Soċjali

Se jkompli x-xogħol b’investiment ta’ €60 miljun fuq 1,700 unit ġdid u proġett ieħor ta’ 700 unit ta’ housing soċjali.

Apparti minn hekk se jkompli x-xogħol ta’ manutenzjoni fuq blokki ta’ akkomodazzjoni soċjali.

Taxxa ta’ boll fuq Ċessjonijiet.

Il-Ministru ħabbar ukoll ir-rata li bihom huma ntaxxati il-konvenju u profitti li jsiru mill-assenjazzjonijiet se tinżel minn 35% għal 15% fuq l-ewwel €100,000.

Kull profitt iktar mill-valur imsemmi jibqa’ jiġi ntaxxat b’35%

Apparti minn hekk se jsir investiment f’tagħmir ġdid li għandu jiffaċilita l-proċess għat-trasferiment ta’ proprjetà fil-futur qarib.

More in Politika