Baġit | Żieda ta' €3.49 u ċekk f'kull dar biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz tal-ħalib u l-ħobż

Persuna li tgħix waħedha se tirċievi ċekk ta' €15 u kull dar li fiha tgħix aktar minn persuna waħda se tirċievi ċekk ta' €35

 

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ta'  €3.49 fil-ġimgħa.

Din iż-żieda se jkunu qed joħduha l-impjegati kollha, il-pensjonanti u anke dawk li jirċievu l-benefiċċji soċjali.

L-istipendji se jkunu qed jiżdiedu pro-rata.

Il-Gvern ħabbar ukoll li biex jagħmel tajjeb għal xi żidiet fi prezzijiet ta' prodotti essenzjali, bħall-ħalib u l-ħobż se jkun qed jibgħat f'kull dar dak li qed isejjaħ "one-off bonus."

Persuna li tgħix waħedha se tkun qed tirċievi ċekk ta' €15 u kull dar li fiha tgħix aktar minn persuna waħda se jintbagħat ċekk ta' €35. 

Din il-miżura lill-Gvern se tkun qed tiswielu €4 miljun.

More in Politika