Baġit | L-Ekonomija tkompli tikber u surplus anke mingħajr l-IIP

Il-Gvern qed ibassar li d-dejn se jkun qed jinżel għal 40.4% tal-GDP

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna beda jaqra d-diskors tal-baġit billi bħal kull sena ta ħarsa lejn il-qagħda ekonomika u finanzjarja u t-tbassir tal-andament tal-ekonomija u l-finanzi pubbliċi għas-sena d-dieħla.

Scicluna saħaq li l-Gvern qiegħed ibassar tkabbir ekonomiku ta' 4.3%, bil-pajjiż mistenni jagħmel surplus ta' 1.4%.

Skont il-Ministru Scicluna, sas-sena li għaddiet, il-Prodott Domestiku Gross tal-pajjiż se jkun irdoppja fuq perjodu ta' seba' snin, jiġifieri kemm ilu l-Partit Laburista fil-Gvern.

Il-Ministru spjega kif il-Gvern se jkun qed jirreġistra surplus irrispettivament mill-Programm taċ-Ċittadinanza b'Investiment.

Id-dejn se jinżel għal 40.4% tal-GDP.

More in Politika