Baġit | Għotja ta' €200,000 għal makkinarju li jħares l-ambjent

Funtani tal-ilma potabbli f'kull skola u aktar miżuri ambjentali fil-Baġit

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar diversi miżuri fosthom it-tnedija tal-Istrateġija Nazzjonali Ambjentali li se tkun qed tikseb ‘Carbon Neutrality’ sas-sena 2050.

Skart u enerġija rinovabbli

  • Se jingħalaq l-impjant ta’ Sant Antnin wara li l-proċess tas-separazzjoni tal-iskart ikun laħaq ġmielu.
  • Se jkomplu jingħataw l-inċentivi għal dawk li jinvestu f’pannelli fotovoltajiċi, solar water heaters u heat pump water heaters.
  • Tnedija ta’ programm li se jkun qed jiġġenera enerġija rinovabbli f’pjazez pubbliċi.
  • Investiment ta’ €130 miljun fl-infrastruttura tal-ilma u investiment ieħor ta’ €30 miljun f’network ta’ riċiklaġġ tal-ilma.
  • Infrastruttura li tirrispetta l-ambjent b’installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi f’żoni industrijali u pubbliċi.

 

More in Politika