Serje internazzjonali dwar il-ħajja u l-qtil ta' Caruana Galizia

Dan se jkun ibbażat fuq il-ktieb: Murder on the Malta Express: Who killed Daphne Caruana Galizia?

Ritratt  | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

Topic Studios, b'kollaborazzjoni ma' Vespucci Group u Indiana Production se jkunu qed jaħdmu u jtellgħu serje televiżiv dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Dan tħabbar fuq is-sit popolari Variety.

Is-serje se jkun ibbażat fuq il-ktieb: Murder on the Malta Express: Who killed Daphne Caruana Galizia?

L-awturi huma Carlo Bonini ġurnalist investigattiv Taljan, Manuel Delia u John Sweeney ġurnalist tal-BBC.

Għadu mhux magħruf jekk dan is-serje hux se jinħadem f'Malta, għalkemm kelliem għal Indiana Productions qal li x'aktarx aktar le milli iva.

Lanqas ma hu magħruf meta se jkun lest u jixxandar dan is-serje.

More in Politika