Baġit | X'fiha l-bagalja? L-aktar proposti li jolqtuk fuq is-sit illum.com.mt

Illejla, is-sit illum.com.mt se jkun qed iwaslilkom l-aqwa proposti tal-budget u li l-aktar jolqtuk

Illum il-Budget. Ħafna jkunu qed jistennew kemm se togħla l-paga, l-istipendju jew il-pensjoni. Iżda ħafna proposti oħra jitħabbru waqt id-diskors tal-Ministru għall-Finanzi.

Illejla, s-sit illum.com.mt se jkun qiegħed iwaslilkom l-aqwa proposti mill-budget 2020 u dawk il-proposti li l-akar se jolqtuk direttament.

Fit-3:00pm, il-Ministru għall-Finanzi jibda maratona twila, bl-ewwel impenn tiegħu tkun laqgħa mal-ġurnalisti li matula jispjega wħud mill-proposti tal-Budget.

Wara jibqa' sejjer San Anton biex jippreżenta l-Budget lill-President tar-Repubblika.

Minn hemm, jirritorna l-Belt Valletta biex fil-Parlament iħabbar il-Budget.

Ibqgħu segwu dan is-sit għall-aħħar dettalji dwar il-budget.

More in Politika