Inawgurat ċentru għat-taħriġ tal-baħħara u dawk li jaħdmu fis-settur marittimu

Dan iċ-ċentru ta’ eċċellenza li sar b’investiment ta’ erba’ miljun ewro mill-Koperattiva Malta Maritime Pilots

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fetaħ uffiċjalment iċ-Ċentru ta’ Taħriġ MaritimeMT f’Ħal Far. 

Dan iċ-ċentru ta’ eċċellenza sar b’investiment ta’ erba’ miljun ewro mill-Koperattiva Malta Maritime Pilots, se jieħu t-taħriġ marittimu f’Malta f’livell ogħla.

Iċ-Chief Pilot, il-Kaptan Jesmond Mifsud spjega kif b’dan l-investiment iċ-ċentruMaritimeMT qiegħed isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu bħala wieħed mill-aqwa ċentri ta’ taħriġ marittimu fil-Mediterran u fl-Ewropa.

Il-binja, fil-forma ta’ vapur, hija mifruxa fuq medda ta’ elfejn u tlett mitt metru kwadru. 

Fiha se jsiru korsijiet li jwasslu għal opportunitajiet ta’ karrieri differenti; kemm għal min irid jaħdem fis-settur marittimu direttament fuq il-baħar, kif ukoll għal dawk li joffru s-servizzi tagħhom lill-industrija mill-art. 

L-investiment jinkludi wkoll aġġornament estensiv taż-żewġ Full Mission Bridge Simulators tad-ditta Olandiża Marin, investiment f’Liquefied Cargo Handling Simulator, GMDSS Simulator, laboratorju tal-ECDIS, u klassijiet speċjalizzati mgħammra b’dak kollu meħtieġ għal kull kors. 

“B’konsultazzjoni kontinwa ma’ Transport Malta, mal-awtoritajiet u mal-entitajiet kummerċjali li jservu s-settur marittimu f’Malta, qegħdinjiġu analizzatil-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-industrija marittima u qegħdinjiġu żviluppatikorsijiet ġodda li jindirizzaw dawn il-bżonnijet,” spjega l-Kaptan.

Mifsud sostna li qed isir ukoll enfasi fuq l-industrija tas-Superyachts b’taħriġ speċjalizzat fl-oqsma kollha ta’ din l-industrija promettenti, fosthom: in-navigazzjoni, l-inġinerija u l-ospitalità.

More in Politika