'Delia qed juża il-gidba Egrant biex isalva postu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista' jgħid il-PL

Il-Partit Laburista jgħid li Delia jaf sew li l-verità dwar il-gidba Egrant ħarġet kollha kemm hi

Fi stqarrija b'reazzjoni għall-kummenti ta' Delia fil-konfront tat-tliet Ministri li skontu, 'jridu jżommu informazzjoni mir-rapport Egrant mistur', il-Partit Laburista saħaq li, "Delia din il-gidba qed jagħmilha tiegħu bit-tama li jsalva postu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. Għalhekk mhux kredibbli. Għax filli jgħid mod u filli jgħid ieħor."

Il-PL qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jaf sew li l-verità dwar il-gidba Egrant ħarġet kollha kemm hi. "Tant jafu dan li meta kienu ppubblikati b’mod sħiħ il-konklużjonijiet tal-inkjesta keċċa lil Simon Busuttil mill-grupp parlamentari tiegħu. Dakinhar qallu li ried jerfa’ r-responsabbiltà."

Żied jgħid li, "għax huwa dgħajjef spiċċat għaddiet ta’ min kien parti mill-kumplott Egrant, l-ikbar gidba fl-istorja politika ta’ pajjiżna. Għaddew sentejn minn meta sar Kap u għadu ma bediex imexxi lill-Partit Nazzjonalista. Mhux ta b’xejn in-nies ma jafdawhx. "

 

 

More in Politika