Delia jgħid li l-Kummissarju tal-Istandards investiga l-allegazzjonijiet ta' Pierre Portelli

Il-Kap Nazzjonalista qal dan waqt il-programm Dissett li matulu qal ukoll li se jkun qed ibiddel il-kelliema tal-Oppożizzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Kummissarju għall-Istandards, George Hyzler, investiga l-allegazzjonijiet li għamel l-eks kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli.

Meta rriżenja, fl-ittra li għadda lill-Kap Nazzjonalista u li ppubblika fil-pubbliku, Portelli jsemmi “attività kriminali” minn Deputati tal-Grupp Parlamentari li ma jridux lil Adrian Delia.

”Għajjatli wkoll il-Kummissarju tal-Istandards fuq l-istess oġġett, jien tkellimt u ma għandi l-ebda informazzjoni dwar attività kriminali u kull min jaf b’attività kriminali jiena nieħu passi minnufih,” saħaq Adrian Delia waqt il-programm Dissett.

Delia jikkunsidra reshuffle...

Mistoqsi fuq il-Grupp Parlamentari u għaliex Simon Busuttil għadu mingħajr portafoll fis-shadow kabinett, Adrian Delia saħaq li “fil-mument opportun” se jkun qed ibiddel il-kelliema tal-Oppożizzjoni

”Hemm ħafna li jrid isir f’dak li hu re alignment tal-grupp parlamentari,”insista Delia.

Reno Bugeja staqsa wkoll lil Delia dwar l-attendenza baxxa fil-meeting tal-Indipendenza, bil-Kap Nazjonalista jisħaq li l-meetings mhumiex l-aktar ħaġa importanti.

Kif wieġeb għall-kritika ta’ missier Daphne?

Tkellem ukoll dwar il-kritika li għadda missier Daphne Caruana Galizia meta akkuża lill-Partit Nazzjonalista b’opportuniżmu għax se jorganizza quddiesa u diskors fit-tieni anniversarju mill-mewt tal-ġurnalista.

Delia saħaq li d-deċiżjoni kienet tal-Kumitat Sezzjonali ta’ Tas-Sliema li ħadd li kellu jfakkar lil Daphne Caruana Galizia.

Fi kliemu, il-Partit Nazzjonalista jħoss li dan hu ġust.

U dwar il-mina?

Dissett staqsa wkoll lill-Kap Nazzjonalista dwar il-mina, b’Adrian Delia ma jikkommettix ruħu sakemm l-istudji kollha jkunu ppubblikati, inkluż dawk dwar jekk hijiex vijabbli.

Qal biss li jaqbel dwar ir-raba’ vapur u s-servizz ta’ fast ferry.

More in Politika