Il-PN iwiegħed kundizzjonijiet u salarji aħjar għall-għalliema kollha

Qal dan Clyde Puli fl-okkażjoni tal-jum dinji tal-għalliema

Il-Partit Nazzjonalista akkuża lill-Gvern li qiegħed jonqos lill-għalliema u jinjora t-talbiet tagħhom.

Qal dan is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Clyde Puli fil-jum dinji ddedikat lill-għalliema.

Filwaqt li rringrazzja lill-edukaturi kollha, Puli saħaq li l-pajjiż jeħtieġ li jimmotiva u jirrispetta aktar l-għalliema tiegħu.

Wiegħed, li Partit Nazjonalista fil-Gvern jinvesti aktar fl-edukaturi, b'kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u salarju li jixirqilhom.

“Matul is-sena skolastika li għaddiet, kellna numru rekord ta' għalliema li telqu mill-professjoni u numru sostanzjali ta' għalliema li rriżenjaw matul ix-xhur tas-sajf minħabba diversi raġunijiet fosthom il-kundizzjonijiet diffiċli u s-salarji mhux kompettitivi. Minflok jinvesti fl-għalliema, il-Gvern Laburista qed iħares lejn l-importazzjoni ta' edukaturi barranin,” insista l-Partit Nazzjonalista.

Puli kompla jisħaq li minkejja ċ-ċaħda tal-Ministru Edward Scicluna, il-bidu ta' sena skolastika kienet ikkaratterizzata min-nuqqas ta' għalliema f'diversi suġġetti fosthom il-Malti, l-Matematika u l-Ingliż. 

“Dan ifisser li għal sena oħra, l-Gvern naqas milli jindirizza din il-kriżi li ħoloq hu stess meta falla milli jindirizza problema li bosta ilhom javżawh dwarha,” qal Puli waqt li fakkar li dan kien  ikkonfermatukollmill-Eurostat meta wriet li fl-2017, nofs l-għalliema f'Malta li jgħallmu fi skola primarja u upper secondary kellhom bejn 50 u 54 sena. 

“Dan ifisser li anqas żgħażagħ qed jagħżlu l-professjoni tal-għalliema u li l-problema se tikber fis-snin li ġejjin,” kompla jispjega l-kelliem.

Temm jgħid li l-PN jemmen jemmen li l-għalliema għandhom ikunu stakeholder importanti f'kull deċiżjoni li tikkonċerna l-edukazzjoni. 

More in Politika