Il-Ministru Michael Farrugia jaqa' u jsofri ġrieħi f'rasu

L-inċident seħħ ilbieraħ fir-residenza tiegħu stess

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia jinsab rikoverat Mater Dei wara li lbieraħ waqa’ u sofra ġrieħi f’rasu.

L-inċident seħħ fir-residenza tiegħu stess.

Il-Ministru Michael Farrugia nżamm għall-osservazzjoni u aktar tard mistenni li joħroġ mill-isptar. 

Fi stqarrija, il-Ministeru saħaq li l-Ministru se jkun indispost għall-ġranet li ġejjin u jkun apprezzat jekk jingħata ċans ta’ perjodu ta’ mistrieħ.

More in Politika