Jeħdulhom maskra b'wiċċ il-Ministru Ian Borg waqt Fresher's Week

Il-Moviment Graffitti kkundanna dan l-aġir u akkuża lill-Università li qed twaqqaf dibattitu politiku

Il-Moviment Graffitti kkundanna kif maskra ta’ wiċċ il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg kienet ikkonfiskata waqt attività li l-grupp kien qiegħed jorganizza waqt Freshers’ Week fl-Università ta’ Malta.

Fuq Facebook, Graffitti spjega kif ħaddiema tas-sigurtà marru fuq l-istudenti u ordnaw li l-maskra tiġi kkonfiskata.

Fuq l-istand tagħhom, Graffitti qed jitkellmu mal-istudenti dwar l-ambjent u t-tħassib tagħhom. Studenti, lebsin ta' torrijiet, dehru viċin l-istand u ma' kull torri kien hemm imwaħħla maskra b'wiċċ xi ħadd, fosthom anke tal-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi, Sandro Chetcuti.

Graffiti saħaq li huwa ironiku kif l-Università qed twaqqaf dibattitu politiku, meta politiċi stess iżuru din il-ġimgħa ta’ attivitajiet.

Huma kkundannaw kif fl-Università, qed tipprova “tiċċensura” diskussjoni politika.

More in Politika