Skema għall-fidi taċ-ċnus temporanji u kirjiet fuqproprjetajiet residenzjali

L-iskema se tiftaħ għada l-1 ta' Ottubru

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius ħabbru li minn għada se tkun qed tiftaħ skema għall-fidi taċ-ċnus temporanji u kirjiet fuq proprjetajiet residenzjali.

Din l-iskema tħabbret f’Mejju li għadda u li se tkun qed tiġi amministrata mill-Uffiċċju Konġunt fuq proprjetajiet residenzjali u mill-Awtorità tal-Artijiet 

“Din hija skema li se twassal biex jibbenefikaw minnha eluf ta’ familji u individwi li jgħixu fi proprjetajiet ta’ dan it-tip, skema li ilha mistennija minn ħafna Maltin u Għawdxin għal ħafna snin,” qal il-Ministru Ian Borg. 

Il-Ministru Borg ħeġġeġ lil kull min hu eliġibbli biex jaċċessa l-linji gwida u l-applikazzjoni biex ikunu jistgħu jieħdu din l-opportunità li jiksbu l-proprjetà tagħhom f’isimhom. 

Huwa fakkar li aktar kmieni din is-sena, l-istess awtorità rat kif tiffaċilita wkoll it-trasferiment tal-qbiela tal-art agrikola, skema oħra li b’mod dirett taffettwa l-kwalità tal-ħajja ta’ settur tas-soċjetà tagħna.

Filwaqt li l-prezzijiet huma komparabbli ma’ prezzijiet ta’ skemi preċedenti, l-iskema xorta waħda se tibqa’ miftuħa għal perjodu indefinit bil-ħsieb li kull min hu eliġibbli jingħata l-opportunità li jipprepara ruħu għal kwalunkwe spejjeż marbuta ma’ dan il-fidi.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, saħaq li din l-iskema se tagħti l-opportunità lill-familji Maltin u Għawdxin li jgħixu fi proprjetà tal-Gvern li hi suġġetta għal ċens temporanju jew kirja, biex isiru sidien ta’ djarhom. 

L-iskema hija mmirata għal residenti u mhux għal negozji jew proprjetajiet kummerċjali.

Għal-linji gwida u l-applikazzjoni, il-pubbliku huwa mitlub jaċċessa din il-ħolqa: https://landsauthority.org.mt/purchase-of-the-temporary-directum-dominium/

More in Politika