Abbozz emendat dwar il-pompi tal-petrol ... il-PA tgħid li qed tagħmilha aktar diffiċli

L-Awtorità tal-Ippjanar temenda l-politika dwar il-pompi tal-petrol ...

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) reġgħet ħarġet abbozz emendat dwar il-politika li titratta l-pompi tal-petrol u qed tagħmilha aktar diffiċli biex dawn jingħataw permess. 

L-abbozz rivedut jgħid illi se ssir obbligatorja illi biex pompa tal-petrol eżistenti tingħata permess biex tirriloka, il-pompa preżenti trid tkun qed topera meta tintefa' l-applikazzjoni. Għalhekk pompi li m'għadhomx qed joperaw ma jistgħux ikunu rilokati. Il-PA qed tagħmel il-pre rekwiżit ukoll illi biex tkun rilokata pompa jeħtieġ tkun qed toħloq impatt negattiv u ta' sigurtà fuq l-ambjent illi fih qieghda. 

L-emendi qed jagħmluha aktar diffiċli dwar is-siti fejn pompa tista' ssir. L-awtorità issa qed tispeċifika illi biex issir f'żona ODZ, din iż-żona trid tkun diġa' koperta bi żvilupp validu jew tkun diġa kommessa bi żvilupp li sar qabel l-1967. Dan l-iżvilupp kommess ma jistax ikun ta' agrikoltura jew trobbija tal-annmali. 

Jekk pompa tkun approvata f'sit ODZ ma tistax tkun aktar minn 1,000 metru kwadru bħala kobor. L-ebda limitu mhu se jingħata f'żona ta' żvilupp dejjem, skont il-PA, suġġett għas-sigurtà taż-żona. 

 

More in Politika