L-MDA tikkundanna r-rimi ta' skart illegali fil-kampanja

Tfakkar ukoll li hemm problema bil-postijiet fejn se jintrema' l-iskart ...

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) ikkundannat bil-qawwa ir-rimi ta' skart tal-kostruzzjoni fil-kampanja u dan wara rapporti dalgħodu fuq il-ġurnal The Times li wera' r-rimi ta' skart ta' kostruzzjoni fil-viċinanzi tal-Imġarr, Malta. 

L-MDA nnutat li fl-aħħar żmien kien hemm żieda fit-tħassib dwar rimi ta' skart illegali u qalet illi filwaqt li tirrealizza li hemm diffikultajiet fir-rigward ta' rimi ta' skart, qalet ukoll illi ma tista' qatt taqbel ma' rimi illegali ta' skart.

L-MDA appellat lill-Gvern biex jieħu azzjoni ħarxa kontra min jarmi skart illegalment, li qalet illi għandhok jeħlu "konsegwenzi drastiċi għall-azzjonijiiet kriminali tagħhom." 

More in Politika