Id-90 immigrant salvati lbieraħ mit-Taljani jiddaħħlu Malta

Sal-bieraħ il-Forzi Armati ta' Malta kienu qed jisħqu li l-eqreb port għal dawn l-immigranti kien dak ta' Lampedusa 

Id-90 immigrant li lbieraħ ġew salvati mill-Gwardji tal-Kosta Taljani ġew trasferiti fuq bastiment tal-Forzi Armati ta’ Mlata.

L-immigranti ddaħħlu kollha kemm huma Malta għall-ħabta tal-11pm.

Il-Gwardji tal-Kosta Taljani qalu li ż-żewġ bastimenti tagħhom trasferew dawn l-immigranti għal fuq bastiment tal-Forzi Armati ta’ Malta, ftit ‘il barra mill-ibħra territorjali Maltin.

Intant, ilbieraħ, il-Forzi Armati ta’ Malta kienu kkwotati jgħidu li meta l-Gwardji tal-Kosta Taljani salvaw l-immigranti, l-eqreb port kien Lampedusa u mhux dak Malti.

Madanakollu, rapporti fuq midja Taljana kienu qed jisħqu li l-eqreb port kien Malta, tant li qabdu u resqu lejn il-Gżejjer Maltin b’ċertezza li Malta se tkun qed tieħu l-immigranti.

More in Politika