Il-PN se jitlob lill-Kumitat Parlamentari għall-fondi pubbliċi biex jinvestiga lill-MFSA

Fi stqarrija, l-Oppożizzjoni kkundannat il-mod, kif fi kliemha, l-MFSA qed tagħmel użu minn fondi pubbliċi mingħajr għaqal u reqqa

Fi stqarrija, l-Oppożizzjoni kkundannat il-mod, kif fi kliemha, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji qed tagħmel użu minn fondi “pubbliċi mingħajr għaqal u reqqa, b'mod li jmur kontra l-prinċipji ta' governanza tajba.”

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista għamel referenza għal żewġ aħbarijiet li dehru fl-aħħar jiem u ġimgħat.

L-ewwel aħbar kienet li George Spiteri, eks Direttur tar-riżorsi Umani tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), ingħata għexieren ta' eluf ta' ewro biex jintemlu l-kuntratt tax-xogħol biex wara ftit ġranet jerġa' jingħata impjieg ma' entità tal-Gvern, li sa ftit qabel kienet tifforma parti mill-istess MFSA.

It-tieni aħbar hija dwar allegazzjoni ta’ golden handshake oħra, din id-darba lil Reuben Fenech l-uffiċċjal responsabbli mill-operazjonijiet tal-MFSA. 

Dan wassal biex ilbieraħ l-Avukat Joe Brincat saħansitra fetaħ fil-konfront tal-istess MFSA fejn żamm responsabbli lil Joseph Cuschieri CEO tal-MFSA f'każ illi dan jipproċedi li jagħmel il-ħlas kontra l-parir tal-istess Gvernatur.

L-Oppożizzjoni ħabbret li se tkun qed titlob li dawn il-każijiet jiġu diskussi u investgati b'mod urġenti mill-Kumitat Parlamentari għall-fondi pubbliċi.

More in Politika