63,000 applikazzjoni għal protezzjoni fl-UE f'Lulju biss - EASO

L-Uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ lil dawk li qed ifittxu l-Ażil jgħid illi mill-bidu tas-sena sa Lulju l-Ewropa rċeviet 400,500 applikazzjoni għall-ażil

F'Lulju li għadda n-numru ta' applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali lil immigranti, fi stati membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fin-Norveġja u l-Iżvezja laħqu kważi 63,000 jew żieda ta' 26% meta mqabbel mal-istess xahar, is-sena ta' qabel. Dawn iċ-ċifri tħabbru mill-Uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ lil dawk li qed ifittxu l-Ażil (EASO). 

Mill-bidu tas-sena biss daħlu 400,500 applikazzjoni, żieda ta' 11% meta mqabbel mal-istess perjodu ta' żmien fl-2018. L-EASO innutat kif fil-verità dawn iċ-ċifri huma ħafna inqas minn dawk tal-2015-2016 meta kien hawn dak li qed issejjħu bħala 'kriżi'. Fil-fatt Lulju tal-2016 biss ra 122,000 applikazzjoni għall-ażil f'pajjiżi tal-UE. 

Kwart tal-applikazzjonijiet kienu ġejjin minn Sirjani, nies mill-Afganistan u oħrajn mill-Venezuela. L-iktar 10 nazzjonalitajiet kienu jinkludu wkoll Iraqini, Torok, Pakistani, Kolombjani, Niġerjani u Albaniżi. 

Kien hemm ukoll żieda fil-każi li nqatgħu 51,000 każ ikun deċiż, żieda ta' 22% minn Ġunju.

Iktar minn 35% ingħataw status ta' refuġjat jew għajnuna susssidjarja, kkumparat mad-39% fl-2018. 

Sal-aħħar ta' Lulju kien hemm 456,000 applikazzjoni jistennew deċiżjoni. 

More in Politika