'Ma jagħmilx sens li tgħid illi l-faqar żdied ... daħħalna tant miżuri' - Scicluna

Il-Ministru tal-Finanzi jgħid illi tkun anomalija stramba kieku jirriżulta li dawk fir-riskju ta' faqar żdiedu ...

Edward Scicluna jindirizza l-laqgħa tal-Kabinett
Edward Scicluna jindirizza l-laqgħa tal-Kabinett

'Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal illi ma jagħmilx sens li xi ħadd jissuġerixxi li dawk fir-riskju tal-faqar qed jiżdiedu, meta l-Gvern qed jintroduċi tant servizzi b'xejn u naqqas it-taxxi. 

Scicluna kien qed jitkellem waqt laqgħa tal-kabinett f'Santa Venera illi kellha fil-qofol tagħha d-diskussjoni dwar il-finanzi u l-Baġit 2020. Huwa qal illi tkun anomalija stramba kieku n-numri juru illi l-faqar qed jiżdied f'pajjiżna. 

"Il-qgħad jinsab fl-iktar livelli baxxi. Dan huwa l-ewwel pass biex ikunu qed inqassmu l-ġid, flimkien mar-rati tat-taxxa iktar baxxi u r-rifużjonijiet tat-taxxa li tajna," qal il-Ministru f'referenza għaċ-ċekkijiet li ntbagħtu fid-djar. 

Il-Ministru semma' s-servizzi taċ-childcare, trasport b'xejn għall-iskejjel, il-miżati tal-eżamijiet li kienu mneħħija, s-susssidji tal-kera u trasport pubbliku b'xejn għall-istudenti. 

"Lilhinn mill-COLA l-pensjoniiet reġgħu żdiedu wkoll," fakkar.  

"Ma jagħmilx sens li tgħid illi l-faqar żdied," qal il-Ministru Scicluna, li għadda botta għall-Oppożizzjoni u stqarrija dwar kemm il-familji mhux qed ilaħħqu mal-ħajja.

'Kieku ma qlibniex għall-gass, kieku llum qed niddiskutu kif se jiżdiedu l-kontijiet' - Muscat

Fil-kummenti konklussivi tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat qal, b'referenza għall-prezz internazzjonali taż-żejt, illi dan qed jiżdied minħabba l-attakki fuq l-infrastruttura taż-żejt fl-Għarabja Sawdita u qal illi kieku l-Gvern m'għażilx sistema ta' power station li taħdem bil-gass kieku s-sitwazzjoni illum hija differenti u l-laqgħa tal-Kabinett kienet tkun qed tiddiskuti materji oħra, b'implikazzjoni li fil-fatt kieku l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kien ikollhom jogħlew.

Il-PM Joseph Muscat jindirizza l-laqgħa tal-Kabinett f'Santa Venera
Il-PM Joseph Muscat jindirizza l-laqgħa tal-Kabinett f'Santa Venera

More in Politika