13,000 siġra se jitħawlu fi Ġnien il-Mediterran

Dan bħala parti minn proġett ta' tħawwil ta' 40,000 siġra sal-aħħar tas-sena

Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis żaru x-xogħlijiet li qed jsiru minn Ambjent Malta fi Ġnien il-Mediterran.

Il-Ministru Herrera ħabbar li Ambjent Malta kompliet minnufih b’xogħol ta’ tħawwil ta’ siġar fejn fiż-żoni identifikati se jitħawlu ‘l fuq minn 40,000 siġra u arbuxell fil-ġimgħat u xhur li ġejjin. 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie sġjegat kif froprju f’dan il-ġnien, tneħħa radam li kien jinsab fis-sit, sar xogħol ta’ żbir ta’ siġar eżistenti, xogħol ta’ tħawwil ta’ siġar, kif ukoll sistema ta’ irrigazzjoni. 

B’kollox se jitħawlu madwar 13,000 siġar indiġeni, siġar tal-frott u arbuxelli. 

Il-Ministru Herrera saħaq li l-ministeru tiegħu għandu impenn kbir sabiex ikompli jħaddar lil Malta u matul ix-xhur li ġejjin se jkomplu jħawwlu aktar siġar anka fl-urban.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li dan huwa wieħed mill-akbar ġonna fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta, imma sfortunatament ftit huma dawk li jafu bih. 

Is-segretarju parlamentari qal li biż-żoni pedonali, biż-żieda sostanzjali ta’ siġar, bil-ġibjun li diġà nbena, bis-sistema ta’ irrigazzjoni li qed tiġi installata, u b’żidiet kruċjali oħra, dan il-ġnien qed jinbidel fi ġnien tal-ogħla livell. 

More in Politika