Il-Ministru Borg iħabbar diversi inizjattivi għall-Ġimgħa Ewropea għall-Mobilità

Nhar il-Ħadd se jingħalqu partijiet minn Triq il-Kbira San Ġużepp il-Ħamrun u Triq Hompesch fil-Fgura

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fetaħ b’mod uffiċjali il-Ġimgħa Ewropea għall-Mobilità għal din is-sena, bit-tema Safe Walking and Cycling – Walk with Us!

Din il-ġimgħa tiftaħ mil-lum is-16 ta’ Settembru sal-Ħadd 22 ta’ Settembru. 

Il-Ministri spjega kif li fost l-inizjattivi għal matul din il-ġimgħa se nkunu qed naraw car free areas u car free days, mixjiet, pedometer challenges, lezzjonijiet taċ-ċikliżmu u attivitajiet li jqajmu kuxjenza dwar l-għażliet tal-mobilità.

Fl-istess waqt, se tkun organizzata n-National Car Free Day fit-22 ta’ Settembru, li għal din is-sena se tkun imtella’ f’parti minn Triq il-Kbira San Ġużepp il-Ħamrun u fi Triq Hompesch fil-Fgura.

“Fuq nett fl-aġenda tagħna għandna bidla fil-kultura ta’ kif nistgħu niċċaqalqu minn post għall-ieħor, bidla li ilna ħafna naħdmu għaliha u li qed nirsistu kemm nifilħu għaliha, għax hija bidla li verament nemmnu fiha,” saħaq l-Ministru. Din il-ġimgħa li għandna quddiemna hija dedikata biex inqajmu kuxjenza dwar l-importanza tal-mobilità sostenibbli, imma l-ħidma għal dan il-għan trid tibqa’ għaddejja minn Jannar sa Diċembru, u dan huwa l-mod kif qed naħdmu.”

Il-ministru fakkar ukoll fis-Social Biking Challenge li qed tittellgħa madwar l-istati membri tal-UE u li f’Malta qed tiġi koordinata minn Transport Malta.

Waqt l-attività ta’ dalgħodu, il-Ministru Borg ħabbar ukoll ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni għall-miżuri permanenti. 

Fl-ewwel post hemm il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar, li permezz ta’ fond ta’ €50,000 se jkun qiegħed iwettaq proġett għal żona pedonali fl-inħawi tal-iskola primarja fil-ħinijiet tal-ftuħ u l-għeluq tal-iskola.

Fit-tieni post hemm il-Kunsill ta’ Ħaż-Żebbuġ li bi €30,000 se jkun qed jinvesti f’pedal-assisted tricycle għall-ġbir tal-iskart f’Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana.

Bl-istess ammont ta’ €30,000, it-tielet rebbieħ li huwa l-Kunsill Lokali tal-Ħamrun se jkun qiegħed jimplimenta żona pedonali u playing area għat-tfal, flimkien ma’ riċerka favur aktar żoni pedonali

More in Politika