'Kull tip ta’ kontraċettiv għandu jkun dritt bażiku għal kulħadd'

Rosianne Cutajar qalet dan wara l-eżerċizzju li wettqet il-gazzetta ILLUM dwar il-bejgħ tal-morning after pill

Id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar saħqet li kull tip ta’ kontraċettiv għandu jkun dritt bażiku għal kulħadd, inkluż għan-nisa.

Cutajar qalet dan b’referenza għall-eżerċizzju li wettqet il-gazzetta ILLUM u li wera kif minkejja li 70% tal-ispiżeriji qed ibigħu l-morning after pill, għad hemm spiżeriji li qed jagħżlu li ma jbigħuhiex.

F’post fuq Facebook, Cutajar saħqet li huwa “diżappuntanti li minħabba l-preġudizzju li għad hemm fuq il-ħajja sesswali tal-mara,” il-kontraċettiv għadu mhux meqjus bħala dritt bażiku.

Cutajar insistiet li din hi kwistjoni ta’ saħħa, u kien għalhekk li għamlet dan l-appell.

Aqra aktar hawn fuq l-eżerċizzju tal-gazzetta ILLUM.

More in Politika