Casa jistenna lil Helena Dalli tikkundanna lil Keith u Konrad, inkella ...

L-appoġġ ta' Casa u Metsola għall-kandidatura ta' Helena Dalli m'għadhiex tidher daqshekk ċerta

David Casa, MEP tal-PN
David Casa, MEP tal-PN

Minkejja li ż-żewġ MEPs Nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola wiegħdu illi se jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-kandidatura ta' Helena Dalli bħala Kummissarju Ewropew, illum Casa implika li dan l-appoġġ se jingħata b'kundizzjoni. 

Din il-kundizzjoni hija li tikkundanna lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi fuq il-fatt li dawn kienu fetħu kumpaniji rreġistrati fil-Panama, li ma kinux iddikjaraw. 

F'messaġġ fuq Facebook, Casa sostna li Dalli ma tistax tistenna li jkollha l-irwol jekk tagħlaq għajnejha għall-inugwaljanza sfaċċata li qed isseħħ f'Malta, jiġifieri dik illi waqt li "ċittadini normali jeħtieġ jobdu l-liġi, il-kollegi tagħha huma protetti akkost ta' kollox."

Nistennew kundanna bla riserva fil-Parlament.

More in Politika