'Niddedika xogħli fuq dan il-film lilha' - Meryl Streep dwar Daphne Caruana Galizia

Meryl Streep tiddedika x-xogħol tagħha fil-film 'The Laundromat' li jitratta l-Panama Papers lil Daphne Caruana Galizia

Meryl Streep
Meryl Streep

Ilbieraħ filgħaxija Meryl Streep, attriċi famuża u rebbieħa fl-Oscars, qalet illi se tkun qed tiddedika l-film 'The Laundromat'  li fih hija l-protagonista lill-ġurnalista Maltija, assasinata f'Ottubru 2017, Daphne Caruana Galizia.

Hi sostniet illi llum tgħallmet li "aħna lkoll kompliċi fis-sistema jekk dik is-sistema ma nbidluwhiex bil-vot tagħna. Itgħallimt li hawn settur, xi 1% madwar id-dinja li qed jisirquna. Qed jisirqulna l-iskejjal tagħna, l-infrastruttura u l-ambjent billi jevadu t-taxxi u r-responsabilitajiet tagħhom."  

"Il-film huwa dwar il-kuraġġ ta' whistleblwers u kif dejjem qed insiru aktar dipendenti fuq dawn it-tip ta' nies, speċjalment fuq il-ġurnalisti," sostniet Streep.

'The Laudermat' huwa film li jitratta l-iskandlu tal-Panama u l-ħruġ tal-informazzjoni mill-kumpanija Mossack Fonseca, magħrufa bħala l-iskandlu tal-Panama Papers, lira fl-2016. 

Dan l-iskandlu dinji wassal biex ħafna nies, fosthom politiċi, ikollhom kumpaniji u strutturi fil-Panama mikxufin. Fir-rigward ta' Malta rriżulta li fost dawk li kellhom strutturi fil-Panama kien hemm il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri. 

S'issa jidher li hemm reazzjonijiet differenti għall-film, bis-sit 'Rotten Tomatoeas' jgħid li l-atturi ma ntużawx tajjeb biżżejjed fil-film u li m'hemmx fokus tajjeb tal-istorja tal-Panama Papers, kif fil-fatt ġrat. 

More in Politika