52 dar oħra f'Tas Sliema jingħataw protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar

Numru ta' proprjetajiet mill-isbaħ fil-qalba ta' Tas Sliema jingħataw il-protezzjoni

Triq Stella Maris, Tas Sliema
Triq Stella Maris, Tas Sliema

52 dar fi Triq Stella Maris u Triq il-Palazz Capua f'Tas Sliema ingħataw protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar wara konsultazzjoni mas-Supretendent tal-Wirt Kulturali. 

Dawn il-proprjetajiet fil-qalba ta' Tas Sliema huma taħlita ta' diżinn neo klassiku u neo barokk u huma parti minn numru ta' djar simili, tal-istess diżinn, għoli, materjal u stil. 

Il-proprjetajiet kienu kollha inbnew fl-istess żmien, bejn tard fis-seklu 19 u nofs is-seklu 20. Għalkemm dawn il-propjretajiet qed ikunu protetti għall-valur kollettiv tagħhom, kull waħda timmerita skedar, qalet l-Awtorità fi stqarrija.  

Ħafna mid-djar, speċjalment dawk fi Triq il-Palazz Capua għandhom ġnien imdaqqas fuq in-naħa ta' wara.  

B'kollox, fl-aħħar sena, l-awtorità tat status ta' protezzjoni lil aktar minn 125 dar f'Tas Siema. 

More in Politika