Il-Qorti tilqa' mandat ta' inibizzjoni kontra TM minn 16-il sid ta' dgħajsa

Il-Qorti tilqa' mandat ta' inibizzjoni minn kumpanija u 16-il individwu li kienu mitlubin ineħħu d-dgħajjes tagħhom minħabba kuntratt li kien se jiġi ffirmat ma' Gżira Gardens Yacht Marina

Il-Qorti laqgħet mandat ta' inibizzjoni proviżorjament minn 16-il persuna li għandhom dgħajjes, biex twaqqaf lil Transport Malta milli tiżgombrahom u tiffirma kuntratt ta' konċessjoni ma' Gżira Gardens Yacht Marina. 

Berth Holders, kumpanija li tagħmel parti minn Island Group JV Consortium u 16-il persuna fetħu dan il-mandat wara li kienu infurmati illi l-konċessjoni se tingħata b'mod imminenti u li jridu jneħħu d-dgħajjes tagħhom mill-Marina. Huma qed jgħidu li saru irregolaritajiet.

Il-konċessjoni hija ta' 25 sena u tkopri rijabilitazzjoni, operazzjoni u t-tmexxija tal-Marina fuq żona ta' 25,000 metru kwadru.

 

More in Politika