Ħal Balzan jiċċelebra l-Pride Week u jtella' l-bandiera tal-qawsalla

Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan jgħid illi huwa kburi li qed jieħu sehem f'dawn l-attivitajiet

Il-qawsalla f'Ħal Balzan
Il-qawsalla f'Ħal Balzan

Mill-lum tibda l-ġimgħa tal-Pride, ġimgħa illi fiha l-komunità LGBTIQ tiċċelebra d-diversità, l-akkwisti fid-drittijiet ta' persuni LGBTIQ, l-aktar riċenti jkun żwieġ ugwali għal kulħadd u l-imħabba, f'kull forma tagħha. 

Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan qed jingħaqad fiċ-ċelebrazzjonijiet din is-sena u saħansitra tella l-bandiera tal-qawsalla minflok tal-lokal, biex jimmarka l-appoġġ tiegħu għal Pride Week. 

F'messaġġ fuq il-paġna ta' Facebook il-Kunsill qal illi f'lokalita' fejn id-diversita' dejjem kienet xi ħaġa milqugħa l-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan "huwa kburi li qiegħed jieħu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' Pride Week!"

More in Politika