Il-PN jindika li l-e scooters għandhom jinstaqu fil-karreġġjati tar-roti fit-toroq arterjali

Il-PN jinnota li bir-regolamentazzjoni tal-e scooters kif introdotta mill-Gvern dawn ma jistgħux jintużaw fil-karreġġjati tar-roti f'toroq arterjali

L-e scooters fuq l-aġenda politika
L-e scooters fuq l-aġenda politika

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija ilejla, filwaqt li laqa' l-fatt illi l-Gvern iddeċieda li jirregolarizza l-e scooters innota wkoll numru ta' limitazzjonijiet. 

Il-PN fakkar illi bir-regolamenti l-e-scooters  mhux ħa jkunu jistgħu jintużaw f'toroq arterjali. "Dan ifisser li f'każijiet fejn hemm cycle lanes, inkluż f'toroq li għadhom kemm twessgħu, l-e-scooters mhux ħa jkunu jistgħu jintużaw. B'sigurta' tajba, dawn l-e-scooters jistgħu jintużaw għal traġitti aktar fit-tul u l-effett tagħhom ikun tnaqqis fil-konġestjoni tat-traffiku," qal il-PN. 

It-tieni nett il-PN qal li hemm bżonn ta' aktar inċentivi sabiex l-E-scooters jintużaw fil-qalba tal-ibliet u l-irħula Maltin – b'hekk tonqos il-pressjoni ta' karozzi u traffiku f'dawn iż-żoni. Innota wkoll kif minkejja li għal mutur 125cc tħallas €10 liċenzja, l-E-Scooter li għandu anqas saħħa trid tħallaslu liċenzja ta' €25.

"L-Oppożizzjoni tinnota li l-Gvern mhux qed jagħmel biżżejjed biex jindirizza l-problema tat-traffiku u jinċentiva lin-nies jagħmlu użu minn metodi differenti flok il-karozza, u li jħammġu anqas. Dan huwa riżultat ta' nuqqas ta' pjanar fit-tul, bħal f'ħafna oqsma oħra f'pajjiżna."

More in Politika