Grupp ta' immigranti li ddaħlu Malta f'Awwissu jitilqu għal Franza

Numru ta' immigranti li ddaħlu Malta f'Awwissu mill-AFM jintbagħtu Franza bħala parti minn ftehim bejn diversi pajjiżi Ewropej

Immigranti jitilqu minn pajjiżna wara li kienu waslu bl-Ocean Viking
Immigranti jitilqu minn pajjiżna wara li kienu waslu bl-Ocean Viking

Illum grupp ta’ immigranti li żbarkaw f’pajjiżna mill-Forzi Amati ta’ Malta mill-vapur Ocean Viking nhar it-23 ta’ Awwissu, telqu lejn Franza.

Ir-rilokazzjoni hija riżultat ta’ ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea ma’ Malta u stati membri oħrajn, speċjalment Franza u l-Ġermanja. Dan il-ftehim sar ladarba it-356 immigrant fuq l-Ocean Viking ma nstabux f’ibħra li huma kompetenza ta’ Malta. L-ebda immigrant mhu se jibqa’ Malta.

L-immigranti kienu assisti mill-awtoritajiet lokali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u minn uffiċjali mill-Ambaxxata ta’ Franza.

 

More in Politika