'L-istqarrija ta' Muscat li se jagħmel minn kollox biex isib min qatel lil Daphne hija 'gidba oħra'

Ftit ġimgħat qabel jitfakkar it-tieni anniversarju mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ...

Ritratti ta' Daphne Caruana Galizia waqt id-dimostrazzjoni fil-Belt Valletta
Ritratti ta' Daphne Caruana Galizia waqt id-dimostrazzjoni fil-Belt Valletta

Ftit iktar minn xahar qabel jitfakkar it-tieni anniversarju u 23 jum qabel ma suppost tibda inkjesta pubblika li l-Kunsill tal-Ewropa qal li għandha ssir fir-rigward tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, #Occupyjustice sostnew lil-istqarrija tal-Prim Ministru Joseph Muscat ftit wara li sar pubbliku l-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia illi l-gvern se jagħmel minn kollox biex isib min qatilha, hija gidba. 

"Ftit żmien ieħor u għat-taparsi nagħmlu xi ħaġa. Ilkoll nafu li m'intomx interessati fil-ġustizzja. Li se tagħmlu minn kollox biex isibu min qatilha (no stone unturned) kienet gibda oħra, bħal wegħdi ta' meritokrazija, anti korruzzjoni u l-ambjent."

L-għaqda non governattiva, li kienet iffurmata ftit wara l-assasinju ta' Caruana Galizia, esprimiet id-dubji tagħha li l-gvern Malti se jsegwi rakkomandazzjonijiet "u allura hemm bżonn ta' aktar attenzjoni mill-istituzzjonijiet Ewropej biex jkollna ftit progress."

More in Politika