‘Malta se jkollha r-raba' surplus konsekuttiv’ - Il-Ministru Scicluna

Il-ġimgħa l-oħra Scicluna ppreżenta d-dokument ta’ qabel il-baġit.

Waqt li kien qiegħed jitkellem b’business berakfast fil-Belt Valletta, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li sal-aħħar tas-sena 2019, Malta se tkun qed tirreġistra r-raba' surplus konsekuttiv tagħha. 

“M’għandiex l-indikazzjonijiet eżatt għaliex għalissa l-figuri huma bbażati fuq l-ħruġ tal-flus. Wieħed irid jara din il-figura fuq il-bażi tal-flus dovuti. Il-Ministeru tagħna għalhekk jeżisti u se nibqgħu naħdmu sakemm nilħqu l-miri tagħna. Ninsab kunfidenti li dan is-surplus se jimmaterjalizza sal-aħħar ta’ din is-sena," sostna Scicluna.

Il-ġimgħa l-oħra Scicluna ppreżenta d-dokument ta’ qabel il-baġit.

Il-Ministru kien spjega li simili għall-baġits riċenti, din is-sena l-Gvern se jkun qed jerġa’ jiffoka fuq it-tqassim tal-ġid u għalhekk it-tema se tkun: 'Insostnu t-Tkabbir Inklussiv’.

Fi kliem il-Ministru, dan it-tqassim huwa essenzjali biex ma jkunx hawn problemi morali u politiċi.

 

More in Politika