L-Air Malta tniedi uffiċjalment it-titjira tagħha lejn il-Kajr

Is-servizz se jkun qed ikompli wkoll fix-xitwa b'ċans li jiżdied mis-sajf li ġej

Wara nuqqas ta’ 12-il sena, il-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta nediet b’mod uffiċjali t-titjira tagħha lejn il-Kapitali tal-Eġittu.

Mill-1 ta’ Settembru, l-Air Malta bdiet ittir minn Malta lejn il-Kajr darbtejn fil-ġimgħa.

Is-servizz se jkun qed ikompli wkoll fix-xitwa.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, Clifford Chetcuti, saħaq li l-Kajr saret it-42 destinazzjoni tal-Linja Nazzjnali tal-Ajru.

Huwa saħaq li wara s-suċċess fit-titjiriet lejn Tuneż u anke l-Marokk, l-Air Malta ħaset il-ħtieġa li tintroduċi din it-titjira li hemm ċans tiżdied għal tliet darbiet fil-ġimgħa mis-sajf tas-sena d-dieħla.

Fl-ewwel sena, l-Air Malta qed tippjana li taqdi 25,000 passiġġier fuq din it-titjira.

Min-naħa tiegħu, iċ-Ċerpersin Charles Mangion spjega kif fl-ewwel titjira lejn il-Kajr, 300 passiġġier qatgħu l-biljett tagħhom bir-ritorn, b’75% tal-istess passiġġiera kienu qed jużaw din it-titjira bħala konnessjoni għal destinazzjonijiet oħra.

Il-Ministru Konrad Mizzi insista li din it-titjira hija pass importanti fl-istrateġija tal-Air Malta.

It-titjira se tibda topera hekk:

  • Il-Ħamis u l-Ħadd: Tluq minn Malta 23:40. Wasla l-Kajr 02:15
  • Il-Ġimgħa u t-Tnejn: Tluq mill-Kajr 03:15. Wasla Malta 06:2

More in Politika