Ftit iktar minn 8,000 persuna bla xogħol f'Lulju li għadda

Il-qgħad jerġa jonqos f'Lulju, kkumparat mal-istess xahar is-sena l-oħra

Ir-rata ta' qgħad f'Lulju li għadda kienet ta' 3.4%, tnaqqis ta' 0.4% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra u fl-istess ilma meta mqabbel ma' Ġunju ta' din is-sena. Dan skont ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). 

B'kollox il-persuni mingħajr impjieg matul dan ix-xahar kienu jlaħħqu t-8,623. Ir-rata ta' qgħad fost l-irġiel kienet ta' 3.3%, żieda ta' 0.1% meta mqabbel max-xahar ta' qabel u dik tan-nisa kienet ta' 3.6%. tnaqqis ta' 0.1% meta mqabbel ma' Ġunju 2019. 

Ftit inqas minn 10%, preċiżament 9.8% ta' dawk bejn il-15 u l-24 sena kienu bla impjieg. Dan jammonta għal 2,812-il persuna. Ir-rata niżlet għal 2.6% għal dawk bejn 25 u 74 sena. Dan jammnonta għal 5,811-il persuna. 

More in Politika