'Il-Gvern għandu jagħmel kull sforz biex membri tal-Korp Diplomatiku jingħataw verament dinjità aqwa u rispett' - PN

Fl-aħħar nett il-PN sostna li jittama li b'dan il-ftehim inqas diplomatiċi jitilqu u aktar jitħajjru jidħlu jiffurmaw parti minn dan il-Korp determinanti f' ħidmet pajjiżna. 

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li jaqbel mal-ftehim kollettiv li ġie ffirmat bejn il-UĦM Voice of the Workers għan-nom tad-diplomatiċi tal-karriera ta' pajjiżna u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ.

Il-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil UĦM li skontu, "kienet strumentali sabiex dan il-ftehim jiġi konkluż. Kien ċertament jixraq li membri fi ħdan il-Korp Diplomatiku ma jibqgħux lura, jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u li jiġi rikonoxxut  idmiethom."

"Kif qal sewwa l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella, hemm ħafna xoghol li jsir fis-silenzju u b'attenzjoni fid-dinja diplomatika. Din hija kategorija ta' ħaddiema speċjalizzata li jridu jagħmlu ħafna xogħol determinanti f'dinja globalizzata li trid tweġibiet immedjati. Il-Partit Nazzjonalista kif kellu l-okkażjoni drabi oħra, jirrafferma l-konvinzjoni tiegħu li l-Gvern preżenti għandu jagħmel kull sforz sabiex membri tal-Korp Diplomatiku, f'ordni u attenzjoni interna aħjar, jingħataw verament fil-ħajja ta' kuljum dinjità aqwa u rispett," qalet l-istqariija.

Fl-aħħar nett il-PN sostna li jittama li b'dan il-ftehim inqas diplomatiċi jitilqu u aktar jitħajjru jidħlu jiffurmaw parti minn dan il-Korp determinanti f' ħidmet pajjiżna. 

 

More in Politika