Ikomplu t-twissijiet hekk kif il-Foresta Amażon tkompli tinħakem minn nirien

Twissijiet minn xjentisti illi l-qerda tal-Foresta Amażon ikollha konsegwenzi gravi fuq id-dinja

In-nirien li qed jaħkmu l-Foresta Amażon | NPR.org
In-nirien li qed jaħkmu l-Foresta Amażon | NPR.org

Hemm bżonn ta' pressjoni internazzjonali fuq il-Gvern Brażiljan biex ma jiħux passi li jistgħu jkunu suwiċidali fl-Amażon, qal xjentist Brażiljan hekk kif l-akbar foresta fid-dinja tkompli tinħakem minn nirien ui tinqered tant flora u fawna. 

"Id-dar tagħna qed tinħaraq," qal il-President Franċiż Emmanuel Macron fi tweet filwaqt  li sejjaħ għal taħdidiet ta' emerġenza din il-ġimgħa fis-Summit G7. 

Xjentisti qed jinsistu li l-qerda se jkollha konsegwenzi gravi fuq il-Brażil u d-dinja kollha.

Carlos Nobre, riċerkatur mal-Istitut tal-Istudji Avvanzati fl-Università ta' São Paulo qal illi d-deforestazzjoni qed twassal lill-foresta f'dak il-punt biex minn foresta umda ssir savannah xotta, b'konsegwenzi gravi fuq il-klima, dawk li jgħixu fil-foresti u l-abitat salvaġġ. 

Huwa qal illi d-deforestazzjoni mistennija tiżdied b'minn 20% sa 30% u huwa "probabli ħafna" li jaqbeż l-10,000 kilometru kwadru. Hu jwaħħal fil-Gvern ta' Bolsonaro u jgħid illi minkejja li x-xejra ilha hemm, aċċellerat taħtu hekk kif dgħajjef l-Aġenzija Ambjentali tal-pajjiż u esprima appoġġ lill-bdiewa, dawk li jaqtgħu s-siġar u dawk li jaħdmu fil-minjieri.

More in Barranin