Elezzjoni jew Gvern ġdid? Il-President Taljan jibda jumejn ta' konsultazzjoni

Dan wara li lbieraħ sfaxxa fix-xejn il-Gvern li fformaw Matteo Salvini u Luigi Di Maio u mmexxi minn Giuseppe Conte

Il-President Taljan Sergio Mattarella beda jumejn ta’ konsultazzjoni dwar il-pass li għandu jieħu wara li lbieraħ waqa’ l-Gvern Taljan.

Kien il-Prim Ministru Giuseppe Conte stess li ddikjara li l-Gvern ma jistax ikompli jaħdem u dan wara li fetaħ il-kanuni kontra d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Intern Matteo Salvini.

Mattarella se jkun qed jiddiskuti ma’ diversi uffiċjali, fosthom il-President Emeritu Georgio Napoletano, il-President tal-Kamra tad-Deputati u anke l-mexxejja tal-partiti politiċi fil-Parlament Taljan.

Il-President għandu żewġ għażliet. Jew ixolji l-Parlament u għalhekk tissejjaħ elezzjoni ġenerali, jew inkella jaħtar Prim Ministru ġdid u jitolbu jifforma Gvern.

More in Barranin